APC s.a. hija kumpanija privata li tagħti konsultazzjoni speċjaliżżata fil-qasam tas-sajd, akwakultura, ippakkjar ta’ frott tal-baħar u impjanti ta’ proċessar, żvilupp rurali u reġjonali, u l-ambjent akwatiku.

L-ispeċjaliżżazzjoni u esperjenza estiża ta’ APC (APC ġiet żviluppata minn “APC Ltd”, li twaqfet fl’1994, ssieħeb magħha mil 2002 sa 2008 b’parteċipazzjoni ta Nikolaos Anagnopoulos bhala stakeholder f’ “LAMANS S.A.”, u iktar tard ħadet l-aħħar forma li hi “APC S.A.”), tiggarantixxi s-suċċess fit-twettiq tal-bżonnijiet u rekwiżiti tal-klijenti, kemm fil-privat kif ukoll fis-settur publiku.

AP Marine hija enterpriża medja ta’ konsulenza/riċerka li tispeċjalizza fis-settur tas-Sajd u l-Akwakultura. AP Marine, mill-2013 ħadmet mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet tas-sajd u l-awtoritajiet kollha f’Ċipru u regolarment tikkonsulta ma’ ‘Pancyprian Association of Professional Fisherman’ (PAPF) (l-ikbar assoċjazzjoni fuq il-gżira ta’ Ċipru kkonċernata mas-sajd lokali). Barra minn hekk, AP Marine għandha relazzjonijiet professjonali mill-qrib mal-assoċċjazjoni marufa bħala Polyvalent Vessel Owners Assocation u ma’ assoċjazzjoni oħra jisima Trawl Owners Assocation. AP Marine ikkonsultat u assistit PAPF fi proġetti oħra li jinkludu proġett msemmi Fishtrain li ġi ffinanzjat mill-fond Leonardo Da Vinci li involva sajjieda f’taħriġ vokazzjonali.

AquaBioTech Group hija kumpanija ta’ konsulenza u fornitur ta’ teknoloġija, riċerka internazzjonali, inġinerija u żvilupp. Hija tinsab strateġikament f’nofs il-Mediterran fuq il-gżira ta’ Malta, għalkemm topera globalment, b’klijenti u proġetti f’iktar minn 55 pajjiż. AquaBioTech Group jintrabat f’varjeta ta’ proġetti tal-akkwakultura, sajd, stħarriġ tal-baħar u proġetti dwar l-ambjent akwatiku u dak tal-akwajra, bis-saħħa tal-uffiċini reġjonali u sieħba madwar id-dinja. Il-maġġoranza tal-ħidma tal-kumpanija hija relatata mal-ambjent akkwatiku tal-baħar jew, li tinkludi żviluppi akwakulturali, riċerka tas-suq/inteliġenza, permezz ta’ proġetti ta’ valutazzjonijiet tal-fattibilita’, akkwist finanzjarju, immaniġjar ta’ proġetti, tinġieb ta’ teknoloġija ġdida, u l-appoġġ tekniku u taħriġ.

Unjoni Ewropea

Dan il-proġett rċieva fondi mil Unjoni Ewropea (EC/Directorate-General for Maritime Affaris and Fisheries). Is-sejħa għall-proposti, ppublikata taħt id-deċiżjoni tal-Kummisjoni C(2014)6313 finali, li approvat il-fondi għal dan, u numru ieħor ta’ proġetti pilota.

Kull dritt miżmum.

European Union

Għamel Kuntatt Magħna

  • +30-210.32 29 303
  • +30-210.32 29 340
  • +30-210.32 29 304
  • This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.

Ibatilna Messaġġ

  Mail is not sent.   Your email has been sent.
Top
We use cookies to improve our website. By continuing to use this website, you are giving consent to cookies being used. Cookie policy. I accept cookies from this site. Agree